It-tim nazzjonali tal-Malta Pool Association rebaħ il-finali tal- Kampjonat tal-Ewropa li qed isir f’Ayia Napa, f’Ċipru.
Fil-Finali Malta għelbet lit-Tim A tal-Ingilterra 8 – 5.
Kien ir-raba’ Kampjonat tal-Ewropa mirbuħ minn Malta. It-tim kien immexxi minn Carmel Cilia u magħmul minn Dejan Grech, Johan Attard, Ryan Pisani, Miguel Falzon u Gary Carr.
Sabiex għadda għal-finali t-tim Malti għeleb lir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni Wales bl-iskor ta’ 8-7.
Kienet wirja mill-aqwa mill-players Maltin li reggħet waslet lit-tim Malti f’finali oħra wara dik mirbuha f’Settembru 2025 fil-kampjonati tad-Dinja li kienu saru fl-Irlanda.
//= $special ?>

