Sport

Jgħaddu Bologna, Stuttgart u Nottingham

Stuttgart     0                 Celtic   1net

Rebħa minima fl-MHP Arena deċiża fl-ewwel minuta li serviet biss bħala rebħa ta’ prestiġju għal Celtic li sfaw eliminati mill-kompetizzjoni b’aggregate ta’ 4 – 2

Wara biss minuta Celtic skorjaw. Minn azzjoni ta’ Junior Adamu kien LUKE Mc COWAN li għeleb lil Alexander Nubel. Vantaġġ minimu li Celtic irnexxielhom iżommu sa tmiem il-partita.ne

Fit-tieni taqsima kibret il-pressjoni minn Stuttgart. Fis-76 minuta gowl ta’ Deniz Undav ma kienx ikkonvalidat bil-VAR wara li Ermedin Demirovic kien offside fl-istess azzjoni. Bl-iskor jibqa’ l-istess dak ta’ 1 – 0 għal Celtic.

Bologna       1         Brann    0

Gowl fit-tieni taqsima fi Stadio Renato Dall’Ara kien biżżejjed għal Bologna biex mhux biss rrepetew l-iskor tal-ewwel leg iżda fl-istess waqt ikkonfermaw il-potenzjal fil-kompetizzjoni.

Fit-38 minuta għal Brann tkeċċa b’karta ħamra diretta Jacob Sorensen wara foul fuq Remo Freuler. 0 – 0 fi tmiem l-ewweo taqsima. Kibret il-pressjoni minn Bologna matul it-tieni taqsima tant li fit-58 minuta marru fil-vantaġġ wara li JOAO MARIO għeleb lil Mathias Dyngeland.

Gowl li għal Bologna kien biżżejjed biex jgħaddu għar-rawnd li jmiss tal-Europa League.

Nottingham Forest    1             Fenerbache    2

Minkejja t-telfa fis-City Ground, b’aggregate ta’ 4 – 2 wara r-rebħa ta’ 3 – 0 f’Istanbul, Nottingham ikkonsolidaw posthom fir-rawnd li jmiss tal-Europa League.

Fit-22 minuta Fenerbache marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Sidiki Cherif kien KAREM AKTURKOGLU li għeleb lil Stefan Ortega għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. Fit-48 minuta foul ta’ Jair Cunha fuq Akturkoglu. Ir-referee Maurizio Mariani kkonsulta l-VAR saffar penalty għal Fenerbache. KAREM AKTURKOGLU ma żbaljax bl-iskor isir 2 – 0 .

Reazzjoni minn Nottingham Forest li fit-68 minuta naqqsu l-iskor permezz ta’ CALLUM HUDSON ODOI li minn azzjoni ta’ Ola Aina għeleb lil Tarik Cetin. Gowl biżżejjed għal Nottingham biex baqgħu fl-Europa League.