Illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ
katavru fil-baħar, fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, ‘il barra mill-irdumijiet tal-Fawwara.
Minnufih fuq il-post indikat marret Patrol Boat tal-Forzi Armati ta’ Malta u wara li l-katavru
ttella’ mill-baħar, iddaħħal fil-Bażi Marittima, f’Xatt it-Tiben.
Bis-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat Monica Borg Galea li ħatret diversi esperti sabiex
jassistuha fl-inkjesta li appuntat.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

