Il-Ħadd fuq NET Television mill-5.00 pm ‘l quddiem jixxandar is-17 il- programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti tal-programm it-tema prinċipali huwa t-Taekwondo u dak li twettaq dan l-aħħar fix-xena internazzjonali. Mistiedna GIANLUCA BARBARA, kowċ nazzjonali u responsabbli mill-Iron Taekwondo Club kif wkoll ANNA VASSALLO, President tal-Malta Taekwondo Association u viċi President tal-European Taekwondo Union.
Fit-tieni parti tal-programm enfażi dwar il-judo u dak li judokas żgħażagħ wettqu fil-50 Edizzjoni tal-Open tas-Slovenja. Mistiedna JOHN ZAMMIT, Direttur tal-Isport fi ħdan il-Malta Judo Federation ,il-judokas JAMES ZAHRA u MATTEA MINTOFF flimkien mal-kowċ nazzjonali LAMBERTO RAFFI .
SPORT EXTRA għandu lil Andreas Borg bħala responsabbli mill-muntaġġi tas-servizzi u filmati minn Liam Briffa .
//= $special ?>

