Lokali

Traffiku fil-mina ta’ Santa Luċija wara ħabta bejn mutur u 4 karozzi

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar wara li weġġa’ f’ħabta ma’ erba’ vetturi għall-ħabta tas-7:15 am.

L-inċident seħħ fil-mina ta’ Vjal Santa Luċija, fid-direzzjoni tal-Marsa.

Transport Malta ħeġġew lis-sewwieqa sabiex jevitaw din it-triq, hekk kif kellha tingħalaq temporanjament.

Il-vetturi involuti kienu Fiat Doblò, Nissan X-Trail, Peugeot 208, u Toyota Vitz.