Internazzjonali

Bolivja: Tal-anqas 15-il persuna tilfu ħajjithom wara li ġġarraf ajruplan militari

Ritratt: Sky News

Tal-anqas 15-il persuna tilfu ħajjithom wara li ajruplan militari ġġarraf fi triq ewlenija fil-belt ta’ El Alto, qrib il-belt kapital tal-Bolivja.

Dan apparti li hemm tal-anqas 30 persuna oħra li ġarrbu l-ġrieħi.

Il-Ministru tad-Difiża Mercelo Salinas qal li l-ajruplan kien qed iġorr karti tal-flus meta għal xi raġuni waqt li l-ajruplan kien nieżel tilef il-kontroll fir-runway, spiċċa f’din it-triq ewlenija u mbagħad spiċċa f’għalqa fil-qrib.

S’issa għadu mhux magħruf jekk il-vittmi kinux abbord l-ajruplan jew jekk kinux fil-karozzi fit-triq. Dan apparti li l-forzi tal-ajru fil-Bolivja qalu li żewġ persuni tal-ekwipaġġ għadhom rappurtati nieqsa.

Għaldaqstant, filmati fuq il-midja soċjali juru kaos totali fiz-zona dan hekk kif mijiet ta’ persuni marru fit-triq jiġbru l-flus bil-Pulizija u suldati spiċċaw jikkontrollaw il-folla.