Lokali

Il-Gvern ma jagħti l-ebda risposta dwar l-ismijiet kollha mressqa mill-Partit Nazzjonalista

Il-Gvern fl-ebda ħin ma ta risposta dwar l-ismijiet imressqa mill-Kap tal-Opożizzjoni Alex Borg.

F’messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg spjega li l-Opożizzjoni dejjem baqgħet kawta u rrispettat l-kunfidenzjalità minkejja l-allegazzjonijiet foloz li saru fl-aħħar jiem b’rabta mal-proċess għal ħatra ta’ Prim Imħallef.

Madanakollu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega li sa minn meta l-Prim Ministru Robert Abela stieden lill-Opożizzjoni għal laqgħa, l-Opożizzjoni mar bl-ismijiet li ħaseb li huma denji għal din il-kariga.

Iżda l-Prim Ministru għażel li jirrispondi dejjem b’isem alternattiv, mingħajr ma jagħti raġuni l-ebda risposta, le iva u lanqas le lill-Oppożizzjoni b’rabta ma’ dawn l-ismijiet.

Minflok, il-Prim Ministru tkellem ma’ tal-inqas wieħed mill-Imħallfin li ġew msemmija, bi ksur ta’ etika.

Għalhekk, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien ċar : hu fl-ebda ħin ma għamel kuntatt mal-ebda Imħallef. Fejn spjega li d-dettalji li ħarġu din il-ġimgħa ma stennihomx, u spjega wkoll li l-Prim Ministru qed jara dan il-proċess bħala wieħed ta’ kalkolu politiku.

Alex Borg issa, ippropona li l-Prim Imħallef Mark Chetcuti jibqa’ fil-kariga, in-nomina ta’ Prim Imħallef għandha tkun suġġett ta’ leġiżlazzjoni ġdida biex isir anti-deadlock mechanism li għandha s-sapport taż-żewġ naħat tal-kamra u li din se tkun fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għalaq billi spjega li pajjiżna ma jridx jara politiku li jieħdu biss punti politiċi imma politika tan-nies.