Internazzjonali

Imut il-kantant Neil Sedaka fl-eta ta’ 86 sena, jibqa’ magħruf għall-kanzunetta Oh! Carol fost l-oħrajn

Il-kantawtur Neil Sedaka magħruf l-aktar għad-diksi Oh! Carol, Breaking Up Is Hard To Do, Bad Blood u Laughter in the Rain, miet fl-eta ta’ 86 sena.

Dan kien konfermat mill-familja tiegħu li qalet li tinsab devastata b’din it-telfa.

Sedaka kien nominat għal ħames Grammy awards u kiteb ukoll diversi kanzunetti oħra għal kantanti oħra.

S’issa għadu mhux magħrufa r-raġuni tal-mewt tiegħu.