“Vision 2050 ninsew il-Malti u nibdew nitkellmu bl-Ingliż.”
Din kienet biss wieħed mill-kummenti ta’ kritika li wasal lill-Gvern dakinhar li tnediet il-viżjoni 2050…. kritika li waslet mid-Delegat Speċjali tal-Partit Laburista Jason Micallef permezz ta’ post fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebook.
Huwa kompla jisħaq li il-bajda u l-ħamra għandna nbusuha hekk kif bħalha m’hemmx.
Madanakollu din il-post spiċċat tneħħiet minn fuq il-paġna tiegħu ftit tas-sigħat wara.
Post oħra li kiteb fl-istess ħin li kienu għaddejjin id-diskorsi tal-viżjoni 2050, hija li l-umiltà trebbħek il-fiduċja tan-nies mhux Nessun Dorma li kienet għażla żbaljata.
Iżda l-kritika ma waqfitx hemm hekk kif kompla jagħti l-impressjoni li possibilment kien hemm deċiżjoni żbaljata li ttieħdet apposta.
Intant, din ma kinitx l-ewwel darba li Jason Micallef tkellem dwar il-Viżjoni 2050, hekk kif ftit tal-jiem qabel kien qal li hu bħala ċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency ma kienx ikkonsultat b’rabta mal-blokka li saret viċin tal-Pjazza Tritoni.
//= $special ?>

