Lokali

Jitnieda l-programm ‘Agħmel Pass ‘il Quddiem’ fil-Binja tal-AŻAD

“Programm ta’ formazzjoni sabiex in-nisa jkunu lesti u preparati għal ħajja politika”

Kien dan is-sentiment li ħareġ fl-ewwel laqgħa li saret bħala parti minn kors li ġie imniedi mill-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni AZAD – Bil-għan li iktar nisa jidħlu fil-ħajja politika u ma jibżgħux jagħmlu dak il-pass li jmiss.

Dan anke wara li kif saħqet il-President tal-MNPN Marie Claire Zammit,  dan il-programm kapaċi jwassal sabiex aktar nisa jkunu parteċipi fit-tmexxija tal-pajjiż u fil-ħajja politika. Hi kompliet tisħaq li l-għan ta’ dawn l-inizjattivi hu li l-politika Maltija li hi magħmula l-iktar minn irġiel, ikun hemm iktar rapreżentazzjoni ugwali bejn iż-żewġ sessi.

Marie Claire Zammit kompliet tgħid kif dawn il-programmi ta’ formazzjoni jippromovi mhux biss il-ġeneru tal-mara imma anke jifforma l-karattru sod – ħajja politika mibnija fuq il-kapaċità u mhux biss fuq is-sessi.

Min naħa tiegħu il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione tkellem fuq bosta aspetti li joħolqu sfidi varji, fosthom li l-ambjent politiku għadu dominat mill-irgiel, ċerta responsabbiltajiet tal familja li ħafna nisa jieħdu f’idejhom, dan apparti nuqqas ta strutturi b sahhithom fi ħdan il-politika sabiex jiffaċilitaw dawn l-intoppi. Dan fost sterjotipi u sessiżmu eżistenti.

Min naħa tiegħu is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello saħaq li l-AZAD u dawn il-programmi ta’ formazzjoni huma rikkezza li ghandu l-PN – dan sabiex jkun hemm l-investiment meħtieġ fi gruppi speċifiċi halli jkun hemm nies iktar imhargin li  eventwalement isiru politici li jagħmlu unur lil pajjizna.

Charles Bonello saħaq li l-involiment politiku ma jirrekjedix biss li jkun hemm aktar nisa bħala kandidati iżda anke li jipparteċipaw u jagħtu l-ideat tagħhom fil-fora politika.

Intant dan il-programm ser jkompli jilqa’ fih ammont ta’ nisa li jixtiequ jsaħħu l-ħiliet tagħhom bil-għan li jkun hemm dejjem aktar involviment tan-nisa fil-politika.