Fi kliem is-Sindku ta’ Milan, dik tal-bieraħ setgħet tkun traġedja ferm akbar. Dan wara li tram tilef il-kontroll u spiċċa tfarrak f’nofs ta’ triq – fiz-zona ta’ Porta Venezia.
Dan l-inċident ħasad il-ħajja ta’ żewġ persuni.
B’kollox, 39 kellhom jiddaħħlu l-isptar għall-kura medika.
Wieħed mill-passiġġieri li kien fuq dan it-tram stqarr li d-daqqa tant kienet kbira malli seħħ l-impatt, illi ħaseb li kien seħħ terremot. “Kienet esperjenza devastanti”.
Intqal illi kien b’miraklu li ma mietux aktar nies, għaliex l-inċident seħħ wara nofsinhar – fl-eqqel tal-Fashion Week li għaddejja bħalissa f’Milan.
//= $special ?>

