Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, f’messaġġ fuq il-midja soċjali, ikkonferma li l-mexxej Iranjan miet wara attakki fl-Iran.
Dan hekk kif l-attakk li sar fis-siegħat bikrin tas-Sibt filgħodu li wettqu l-Amerikani u l-Iżraeljani fuq l-Iran, jidher li wassal għal mewt tal-Aytollah Ali Khamenei.
Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li d-dinja ħelset minn wieħed mill-“aktar persuni kattivi fl-istorja” – filwaqt li qal wkoll li l-forzi Iranjani lesti sabiex iċedu quddiem dawn l-aħħar attakki.
Trump kkonferma wkoll li matul din il-ġimgħa ser jkun hemm sensiela ta’ attakki oħra sakemm ir-reġim Iżlamiku ikun kompletament xolt.
Min naħa l-oħra ma kien hemm ebda’ konferma minn naħa tal-Gvern Iranjan dwar din l-aħbar li Khamenei – wara 37 sena fit-tmexxija tal-pajjiż – inqatel.



