Internazzjonali

Keir Starmer jibgħat ir-Royal AirForce fil-Lvant Nofsani fost eskalazzjoni fir-reġjun

Il-Prim Minsitru Ingliż Keir Starmer bagħat ir-Royal AirForce fil-Lvant Nofsani fost operazzjoni li qed isejjaħ difensiva, sabiex skont hu, ikun jista’ jgħasses iż-żona. Dan filwaqt li huwa kkundanna r-reġim tal-Ayatollah Khamenei.

Bi Starmer jispjega illi din l-operazzjoni hija biss waħda ta’ għassa u mhux ta’ attakk.

Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani tant eskalat li waqt l-attakki tal-Iran bil-missilli ballistiċi fuq l-Iran intlaqtu fost l-oħrajn Bażi tal-Armata Taljana fil-Kuwait u anke żoni f’Abu Dhabi. Bl-attakk f’Abu Dhabi iħalli persuna mejta.

Dawn il-missili, ġew interċettati b’iron dome mill-Iżrael.

Madanakollu, fost dawn l-attakki, l-Ministru tad-Difiża Iranjana ikkonferma li nqatlu żewġ uffiċjali militari ta’ livell għolja.

Issa, rapporti qed jikkonfermaw ukoll li kien hemm xi splużjonijiet f’Dubai, propju f’binja viċin il-Fairmont The Palm Hotel, fejn erba’ persuni sfaw midruba. Dan filwaqt li l-midja Iranjana qed tirrapporta li kien hemm attakk f’Dubai, għadu mhux magħruf eżattament fejn qed iseħħ l-attakk. Madankollu, hemm preżenza militari Amerikana f’din il-belt.

L-IDF qed jgħidu wkoll li diversi mexxejja inqatlu mill-militar tal-Iran.

Fl-aħħar ħinijiet l-Iran nieda wkoll attakk ieħor fuq il-bażijiet tal-Istati Uniti, dan filwaqt li media fil-Kuwajt qed tirraporta li ġie milqut l-Ajruport Internazzjonali tal-lokal.

AKTAR KMIENI

Splużjonijiet instemgħu minn ħames postijiet differenti fl-Iran, hekk kif il-President Amerikan Donald Trump ikkonferma li l-Istati Uniti wettqet attakk flimkien ma’ Iżrael fuq il-pajjiż Iranjan.

Waqt dawn l-attakki, kien hemm numru ta’ pajjiżi fir-reġjun tal-Lvant Nofsani li ntlaqtu fosthom il-Qatar, bil-ministeru tad-difiża jispjega li interċetta numru ta’ attakki li kienu ffukati fuq it-territorju tal-pajjiż.

Iżrael ikkonferma li wettaq sensiela ta’ attakki fl-Iran b’rappporti internazzjonali qalu li nstemgħu l-isplużjonijiet f’ħames ibliet differenti madwar l-Iran.

Apparti minn hekk, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ikkonferma li l-Istati Uniti kien involut fl-attakk flimkien ma Iżrael. Infatti permezz ta’ filmat fuq il-midja socjali huwa qal li l-Istati Uniti bdiet b’sensiela ta’ attakki maġġuri fl-Iran dan wara li matul id-diskussjonijiet li saru ma ntlaħaq ebda qbil.

Donald Trump qal ukoll li din l-operazzjoni militari fl-Iran se tkun qed issir mill-ajru kif ukoll mill-baħar.

Ir-rapporti qalu wkoll li s-Sibt filgħodu bdew jindaqqu s-sireni f’Iżrael dan hekk kif kollox qed jindika li l-Iran ħa jwettaq attakk bil-missili ballistiċi.

Għaldaqstant, il-Prim Ministru tal-Iżrael Benjamin Netanyahu kkonferma l-attakk fl-Iran dan filwaqt li qal din l-operazzjoni qed issir bil-għan li titneħħa t-theddia tar-reġim terroristiku fl-Iran. Huwa saħaq ukoll li dan ir-reġim terroristiku fl-Iran m’għandux ikun armat bl-armi nukleari – armi li huma ta’ theddida għall-umanità.

Fi żviluppi oħra, l-ambaxxata tar-Renju Unit f’Doha wissiet liċ-ċittadini Ingliżi fil-Qatar li wara l-attakki tas-Sibt filgħodu infetaħ xelter dan filwaqt li r-Renju Unit neħħa l-istaff diplomatiku tiegħu mill-Iran għas-sigurtà tagħhom.