Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jerġa’ jdur fuq il-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi hekk kif nhar il-Ħadd 8 ta’ Marzu se tkun qed titella’ maratona ġbir ta’ fondi bit-tema Malta ‘l Quddiem.
Dan kollu bil-għan li l-PN ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu sabiex il-poplu jgħix ħajja aħjar.
Filfatt, il-kontribuzzjonijiet għal din il-maratona se jkomplu jwittu t-triq tant importanti li se twassal sal-elezzjoni ġenerali li jmiss, u se tkun qed tgħin lill-Partit Nazzjonalista jkompli bis-suċċess li kellu f’dawn l-aħħar xhur.
//= $special ?>

