Rapporti internazzjonali qed jiġu ċċirkulati dwar kif hemm possibilità li l-mexxej Iranjan l-Aytollah Ali Khamenei spiċċa maqtul f’wieħed mill-attakki Iżraeljani fuq l-Iran.
Bi stazzjonijiet televiżivi Iżraeljani jisħqu li sorsi mill-Gvern ta’ Iżrael qalu li Khamenei spiċċa maqtul wara attakki fuq ċentri tal-kmand tar-Reġim ta’ Khamenei.
U jekk mhux maqtul minn ta’ l-inqas, hu jinsab midrub serjament. Dan skont l-istess rapporti internazzjonali u Iżraeljan.
Intant qed jingħad wkoll li Khamenei mistenni li jagħti diskors dalwaqt – Bir-rapporti Iżraeljani jissuġġerixxu li, jekk hekk hu hekk, dan il-filmat ġie miġbut minn qabel.
Madanakollu s’issa għad m’hemm l-ebda’ konferma li l-mexxej Iranjan huwa filfatt mejjet – però fl-istess attakki fuq bażi militari Iranjani, il-Ministru għall-Affarjiet Barranin Iranjan, kkonferma li nqatlu tal-inqas żewġ uffiċjali għolja fil-Militar tal-Istat Iżlamiku Fundamentalista.




