Futbol Sport

Romelu Lukaku jagħti rebħa lil Napoli fl-aħħar minuti… Inter ikomplu jiftħu l-vantaġġ

Mis-Serie A rebħa importanti għal Como ta’ 3-1 fuq Lecce f’partita fejn Como kienu effiċjenti quddiem il-lasta. Kienu Lecce li fetħu l-iskor permezz ta’ Lessana Coulibaly qabel Como kisbu d-draw b’gowl ta’ Anastasios Douvikas. Como fil-vantaġġ fis-36 minuta minn Rodriguez Carabello, qabel fl-44 minuta kien Marc Kempf li prattikament għalaq il-partita qabel tmiem l-ewwel taqsima.

F’partita oħra rebħa ta’ 2-1 għal Napoli fuq Hellas Verona. Rasmus Hojlund fetaħ l-iskor wara żewġ minuti, b’Jena Akpa jikseb id-draw fl-64 minuta. Biex imbagħad kellu jkun Romelu Lukaku li fis-96 minuta skorja l-gowl tar-rebħa.  

Rebħa wkoll ta’ 2-0 għal-leaders Inter li komplew jiftħu l-vantaġġ f’ras il-klassifika għal tlettax-il punt. Huma fetħu l-iskor minn Federico Dimarco qabel kien Hakan Calhanoglu li rdoppja minn penalty.