Kuntratt u wiegħda, li l-Gvern qed jaħlef li se jwettaq. Dan huwa dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela fid-diskors tiegħu l-Ġimgħa filghaxija fi Pjazza Tritoni meta ġiet preżentata l-Vizjoni 2050. Viżjoni mimlija b’wegħdi li fil-maġġorparti tagħhom suppost twettqu f’dawn it-13-il sena li għaddew.
Dan filwaqt li ironikament l-istess Prim Ministru, li faqa’ lill-pajjiz bil-barranin, u wara li l-Bank Ċentrali bassar li 46% tal-workforce f’pajjizna sas-sena 2050 se tkun barranija….stqarr li l-vizjoni se tkun imwettqa mill-Maltin għall-Maltin.
Mid-dokument mniedi, spikka l-fatt li m’hemm ebda mira f’dak li ghandu x’jaqsam trasport tal-massa. U għal darb’ohra l-poplu huwa gwidat jistenna t-tħabbira tal-Ministru Chris Bonett fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-Prim Ministru Abela minn naħa tiegħu qal li se jiffoka fuq it-trasport tal-massa. Madanakollu, anke 5 snin ilu kien wiegħed dan, bil-proposta tal-metro – li baqgħet fl-arja.
Robert Abela qal li se jimmira li s-swali jkomplu jimmassimizzawhom fl-Isptar Mater Dei; ghalkemm ma tkellimx fuq b’liema ħaddiema se jkun qed jaqdi lill-pazjenti. Għal darb’oħra spjega li se jsaħħaħ l-Isptar Ġenerali t’Ghawdex – diskors li l-Għawdxin ilhom jisimgħu 13-il sena.

Finalment, il-Prim Ministru wiegħed serjetà, kontabbiltà u trasparenza – ironikament waqt avveniment li l-Gvern ma setghax jagħti garanzija li zamm mal-budget tieghu cioè n- nefqa massima ta €4.5miljun.
Fuq kollox, dan d-dokument għall-Vizjoni 2050 sfortunatament jonqos milli jindirizza b’mod tanġibbli l-pern tal-isfidi tal-Maltin u Ghawdxin; iż-żieda fil-popolazzjoni.
Iżda wieħed jittama, li verament b’kontabbilta, f’ghaqda u ghan wiehed uliedna jkollhom Malta u Ghawdex ahjar.
//= $special ?>

