Għexieren ta’ Maltin li jgħixu fiz-zona tal-Golf qed jitolbu lill-awtoritajiet għall-għajnuna biex jirritornaw Malta wara l-attakki fuq l-Iran.
Preżentament huwa impossibbli biex toħroġ minn din iz-zona hekk kif l-ispazju tal-ajru huwa magħluq waqt li l-Iran qiegħed jirritalja wara l-attakki li l-pajjiż sofra taħt idejn l-Amerikani u l-Iżraeljani.
Times of Malta qed tirrapporta li l-Awtoritajiet Maltin jinsabu f’kuntatt kontinwu mal-ambaxxati u l-konsulati Maltin li jinsabu f’Abu Dhabi, Dubaj, Kuwajt, Tel Aviv u Doha fost oħrajn.
Tal-inqas 46 Maltin li qed jgħixu fl-Emirati Għarab Magħquda jew kienu jinsabu fuq vaganza kkuntattjaw l-awtoritajiet jistaqsu fuq is-sitwazzjoni preżenti u inevitabbilment fuq kif jistgħu jiġu lura Malta.
Intant, dawk li jinsabu f’dawn il-pajjiżi huma mħeġġa joqgħodu ġewwa, f’binjiet siguri, ‘il bogħod mit-twieqi, bibien u spazji miftuħa.
Intqal kif dawk li nqabdu fost oħrajn l-Emirati Għaraq Magħquda qed jitolbu kif jistgħu jirritornaw Malta wara li t-titjiriet ġew ikkanċellati kollha kemm huma. Għalissa l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qed jieħu miżuri neċessarji sabiex effettivament jara kemm hemm Maltin u Għawdxin fir-reġjun tal-Golf – madanakollu l-ftuħ tal-ispazju tal-ajru huwa fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet lokali.
//= $special ?>

