Lokali

Il-Caritas Run for Life:1,700 parteċipant minn 6 snin sa 85

Numru rekord ta’ parteċipanti ħadu sehem fil-Caritas Run for Life ta’ din is-sena li saret il-Ħadd filgħodu fiż-żona taċ-ċentru ċiviku ta’ San Blast, f’Ħaż-Żebbuġ, li kienet ir-reba’ edizzjoni ta’ dn l-attività.

Attività li fiha ħadu sehem persuni ta’ kull eta’ minn sitt snin sa anzjan ta’ 85 sena, u li fiha fuq kollox spikka l-entużjażmu.

Il-Caritas Run for Life tippromwovi l-ħajja sana għal kulħadd, kif spjega id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt.

B’kollox kien hemm 6 kategoriji ta’ kompetizzjonijiet, il-ġirja ta’ 10km, 5km u 4km għall-adulti. U dawk ta’ 2.5km għat-tfal bejn 10-12-il sena, it-2.5km għat-tfal bejn 13 u 15-il sena u dik ta’ km lit-tfal bejn 6-9 snin bil-parteċipanti jkunu mitluba jagħmlu donazzjoni b’risq il-Caritas Malta.

Fost dawk li ħadu sehem kien hemm numru ta’ skejjel tat-tfal u clubs differenti, b’diversi voluntiera jkunu mqassma f’diversi zoni sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-parteċipanti.