Ix-Shadow Minister tal-Partit Nazzjonalista u Whip Parlamentari tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar saħaq li huwa kien, għadu u jibqa’ kburi li huwa Malti, Mellieħi u Nazzjonalist.
Dan hekk kif f’diskors emozzjonanti huwa ħabbar li minħabba raġunijiet personali mhux se jkun qiegħed jikkontesta mill-ġdid għall-Elezzjoni Ġenerali iżda insista li xorta waħda se jkun qed jibqa’ jagħmel il-parti tiegħu mal-Partit Nazzjonalista, partit li fi kliemu ta ħafna lilu, lill-Mellieħa u lil pajjiżna.
Robert Cutajar fakkar dwar il-ħidma kbira li għamel Partit Nazzjonalista għal-lokalità tal-Mellieħa, partikolarment bi proġetti li għamel propju mill-Gvern.
Filwaqt li wiegħed lealtà lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, huwa faħħar il-ħidma tal-eks Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi, Simon Busuttil, Adrian Delia u Bernard Grech.
Dan filwaqt li temm jgħid li huwa għandu fiduċja fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li matul is-snin tawh is-sostenn għal ħidma kontinwa.
//= $special ?>

