Internazzjonali

Jitħabbru aktar imwiet fost it-tmexxija tal-Iran wara l-attakki tas-Sibt

Ix-Xandir tal-Istat tal-Iran, IRNA News, ħabbar li fl-attakki tal-Amerikani u l-Iżraeljani tilfu ħajjithom ċ-Chief of Staff tal-Armata Iranjana Abdolrahim Mousavi kif ukoll il-Ministru għad-Difiża tal-Iran Aziz Nasirzadeh. Flimkien magħhom il-Commander in Chief tal-Islamic Guard Corps Mohammad Pakpour kif ukoll is-Segretarju tal-Kunsill tad-Difiża Iranjana Ali Shamkhani.

Huma ddeskrivew li flimkien mal-Ayatollah Ali Khamenei, dawn ukoll mietu martri taħt l-attakki ta’ Iżrael.

Tħabbar ukoll li fost il-fatalitajiet hemm ukoll xi qraba tal-Ayatollah, inkluż in-neputija.

Intant filwaqt li l-Iran għadu qed jiprova jifhem min preċiżament tilef ħajtu fit-tmexxija tal-pajjiż matul dawn l-attakki, jidher li l-aktar wieħed favorit sabiex jilħaq Mexxej Suprem ġdid huwa proprju iben l-istess Ali Khamenei, Mojtaba Khamenei – li fl-aħħar snin kellu influwenza qawwija fuq l-Islamic Revolutionary Guard Corps, l-aktar armata militari b’saħħitha fil-pajjiż.

Intant, it-tifel tal-aħħar Shah tal-Iran, Reza Pahlavi ħeġġeġ lill-Iranjani sabiex jippreparaw għar-ritorn tiegħu mill-Istati Uniti hekk kif qed iħejji r-ritorn tiegħu bħala r-Re tal-pajjiż.