Internazzjonali

L-Iran iħabbru uffiċjalment il-mewt ta’ Ali Khamenei – “jaħilfu ritaljazzjoni devastanti”

Il-Mexxej Suprem tal-Iran, l-Ayatollah Ali Khamenei, inqatel waqt li kien fl-uffiċċju tiegħu konsegwenza tal-attakki li għamlu fuq il-pajjiż l-Amerikani u l-Iżraeljani.

Dan kien ikkonfermat waqt xandira diretta fuq it-televiżjoni Iranjana hekk kif inqrat stqarrija mill-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Iran fejn intqal li, “il-Mexxej u l-Imam tal-Musulmani, l-Emminenza Ayatollah Seyyed Ali Hosseini Khamenei miet martri”.

It-toroq tal-Iran imtlew bil-ferħ b’mijiet ta’ persuni fiċ-ċentru tal-pajjiż joħorġu jifirħu u jdoqqu l-ħornijiet tal-karozzi, oħrajn ħarġu jiċċelebraw madwar ħuġġieġa. Madanakollu kien hemm min beka it-telfa tal-Mexxej Suprem li kien ilu jmexxi lill-pajjiż għal dawn l-aħħar 37 sena. Għaldaqstant, ix-Xandir tal-Istat Iranjan ħabbar 40 jum ta’ luttu.

Intant, matul il-lejl, kelliema għall-armata Iranjana spjegaw li wara l-qtil tal-Ayatollah Ali Khamenei, l-Iran se jirritalja bl-akbar u l-aktar reazzjoni devastanti fuq il-bażijiet militari Amerikani u Iżraeljani.

Għal dan id-diskors, il-President Amerikan Donald Trump wieġeb fuq il-midja soċjali ta’ Truth, fejn insista li jaqblilhom ma jsirx hekk għaliex jekk verament jolqtuhom se jkun qiegħed iwieġeb b’qawwa li d-dinja qatt ma rat bħala.

L-Iran s’issa attakkat bażijiet f’Dubaj, Doha, Bahrain u Kuwajt.