Internazzjonali

RAPPORTI: L-eks President Iranjan Ahmadinejad jinqatel fl-attakki

Il-midja Iranjana flimkien mal-midja internazzjonali qed jirrapportaw li l-eks President tal-Iran, Mahmoud Ahmadinejad, inqatel waqt l-attakki tal-Amerikani u l-Iżraeljani fl-aħħar 24 siegħa.

Ahmadinejad serva bħala President tal-Iran mill-2005 sal-2013, u kien ikkunsidrat matul dak il-perjodu bħala wieħed mill-aktar għedewwa ħorox ta’ Iżrael.

Ahmadinejad serva bħala Sindku tal-belt ta’ Tehran bejn 2003 u l-2005 qabel ma laħaq bħala s-sitt president tal-Iran, huwa saħħaħ il-programm nukleari tal-pajjiż u kien ikkritikat bil-qawwa mill-pajjiżi tal-Punent.