Internazzjonali

RAPPORTI: Splużjonijiet fil-belt ta’ Riyadh fl-Għarabja Sawdija

Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li seħħ attakk fil-lvant tal-belt ta’ Riyadh fl-Għarabja Sawdija wara numru ta’ attakki mill-Iranjani fuq Doha, Kuwajt u Bahrain fost oħrajn.

Xhieda fl-Għarabja Sawdija spjegaw li nstemgħu numru ta’ splużjonijiet fil-Belt Kapitali hekk kif it-tensjoni fir-reġjun tal-Golf laħqu livelli allarmanti wara l-attakk tal-Amerikani u l-Iżraeljani fuq l-Iran tul il-jum tas-Sibt.