Tliet persuni fosthom tifla ta’ 13-il sena kelhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
Il-każ seħħ għal ħin tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq Sir Anthony Mamo, meta vettura tal-għamla Toyota i20 misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mis-Siġġiewi kellha impatt ma’ karozza tat-tip Toyota Vitz li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.
Din tal-aħħar kienet mijsuqa minn raġel ta’ 49 sena minn Birkirkara, fejn passiġġiera miegħu kien hemm tifla ta’ 13-il sena.
Fil-post immedjatament kienet imsejħa l-għajnuna ta’ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lit-tlett persuni l-isptar għal aktar kura.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa b’rabta mal-każ.
//= $special ?>

