It-tmeim tal-Ayatollah irid ikun sinjal li żmien id-dittaturi fl-Iran spiċċa, wara 47 sena issa wasal żmien il-ħelsien u libertà.
Sostniet dan il-President tal-Parlament Ewropew u Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola fuq il-midja soċjali hekk kif insisiet li dan il-pass favur il-libertà huwa meħtieġ għal dawk kollha li ġew maqtulin, dawk li sofrew eżekuzzjonijiet jew li tilfu lil qrabathom.
Għal dawk it-tfal kollha li spiċċaw jikbru taħt snin ta’ biża’ sforz l-id tal-ħadid tar-reġim, għal dawk l-ommijiet li qatt ma sabu lill-maħbubin tagħhom wara li nħatfu.
Iżda aktar minn hekk għal ġenerazzjonijiet futuri ta’ Iranjani li m’għandhomx għalfejn jgħixu f’eżilju, ‘il bogħod minn pajjiżhom.
Metsola insistiet li fl-Iran għandu jispiċċa ż-żmien fejn jitgħalqu n-nies mill-krejnijiet fil-pjazzez f’eżekuzzjonijiet tal-waħx, spiċċa ż-żmien fejn in-nisa jinqatlu għax joħorġu jipprotestaw sabiex ikunu meħlusin.
Roberta Metsola tenniet li l-Iranjani jeħtieġu li jgħixu fil-libertà li tixraqilhom.
//= $special ?>

