Lokali

Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vann fl-Imġarr

Mara ta’ 70 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn van fl-Imġarr.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-09:30, meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq iż-Żebbiegħ, l-Imġarr.


Minn stħarriġ preliminari rriżulta li anzjana ta’ 70 sena residenti l-Imġarr ntlaqtet minn Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Imġarr.


Fil-post issejjaħ tim mediku, waqt li ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn ġiet
iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.


Il-Maġsitrat Franco Agius ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.