Sport

Arsenal iżommu d-distakk vantaġġ ta’ ħames punti

Arsenal     2       Chelsea   1

Bid-19 ir-rebħa minn 29 partita minkejja li b’partita aktar Arsenal, fl-Emirates Stadium, żammew id-distakk vantaġġ ta’ ħames punti minn ma’ Manchester City fejn saħħew posthom fl-ewwel post b’64 punt. B’din it-telfa Chelsea baqgħu fis-sitt post b’45 punt.

Fil-21 minuta Arsenal marru fil-vantaġġ. Minn cross ta’ Gabriel Magalhaes kien WILLIAM SALIBA li bir-ras għeleb lil Robert Sanchez. Bl-ewwel taqsima destinatha li tintemm b’Arsenal fil-vantaġġ b’Chelsea jżidu l-pressjoni. Fil-ħin miżjud minn corner ta’ Reece James, auto gowl ta’ PIERO HINCAPIE li għeleb lil David Raya. 1 – 1  

Fit-tieni taqsima kibret il pressjoni minn Arsenal, konxji wkoll mill-importanza tat-tliet punti fejn fis-66 minuta marru mill-ġdid fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Declan Riuce kien JURRIEN TIMBER li għeleb lil Robert Sanchez. Minuta wara Pedro Neto kien ammonit minn Darren England, mill-ġdid ammonit tliet minuti wara biex tkeċċa.

Bi plejer aktar, Arsenal ikkontrollaw l-offensiva limitata ta’ Chelsea b’David Raya rari jkun impenjat. 2 – 1 għal Arsenal bid-dwell ma’ Manchester City jitkompla.