Internazzjonali

Drone Iranjan jolqot il-bażi militari Ingliża f’Ċipru

Il-Gvern ta’ Ċipru kkonferma li l-bażi militari tal-Ingliżi f’dan il-pajjiż intlaqtet minn drone Iranjan.

Il-każ seħħ f’nofs il-lejl, fil-bażi ta’ Akrotiri.

Filgħodu, l-iskejjel Ċiprijotti li hemm fiz-zona inżammu magħluqa. Dan filwaqt li tlaqqa’ b’urġenza l-Kunsill Nazzjonali.

Ċipru kkonfermat li s-suldati tal-pajjiż mhux qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet kontra l-Iranjani.