Internazzjonali

GWERRA IRAN: Eluf ta’ titjiriet tħassru fl-agħar kaos tal-ivvjaġġar sa minn żmien il-pandemija tal-Covid

Għexieren ta’ eluf ta’ passiġġieri għadhom maqbuda fl-ajruporti ewlenija fil-Golf li huma magħluqa minħabba l-gwerra tal-Istati Uniti u l-Israel fuq l-Iran.

Eluf ta’ titjiriet kienu kkanċellati t-Tnejn hekk kif il-missili fil-madwar tar-reġjun bdew għaddejjin u li kkawżaw din il-problema globali tat-titjiriet tal-ajruplani tal-passiġġieri.

Intant Dubai se tħalli xi flights itiru t-Tnejn filgħaxija. Il-Ġermaja u l-Ingilterra qiegħdin jippjanaw titjiriet mill-Golf.