Ajruplan militari Amerikan F-15 twaqqa’ fil-Kuwajt, hekk kif it-tensjoni f’dan ir-reġjun għadha għolja ferm wara l-attakki ta’ Iżrael u l-Istati Uniti fuq l-Iran.
Dan intlaqat bi żball minn nar tal-alleati stess fil-Kuwait.
Il-Fighter Jet Amerikan waqa’ fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu u l-pilota irnexxielu joħroġ eżatt qabel iġġarraf l-ajruplan.
Il-videos li qiegħdin jiċċirkolaw online juru l-mument li fih il-jet militari intlaqat, u kif tilef il-kontroll. Imbagħad jidher il-jet idur fix-xejn qabel ma qabad bin-nar u ftit wara iġġarraf.
Il-pilot irnexxielu joħroġ bil-parachute u rnexxielu jsalva.
//= $special ?>

