“Gvern ġdid Nazzjonalista jibda bix-xogħol fuq it-trasport tal-massa bil-għan li l-poplu jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt attività li saret il-Ħadd filgħodu fil-Mellieħa; wara li fil-Viżjoni 2050 l-Prim Ministru Robert Abela ma ppreżenta ebda pjan ċar dwar it-trasport tal-massa.
Infatti, matul id-diskors tiegħu, Alex Borg għal darb’oħra tenna li fl-ewwel 100 jum tiegħu bħala Prim Ministru hu se jaċċerta li jinbdew ix-xogħolijiet għall-proġett tat-trasport tal-massa.
Huwa spjega wkoll li fid-dokument li ppubblika l-Gvern ta’ Robert Abela b’rabta mal-Viżjoni 2050 ma kien hemm l-ebda informazzjoni dwar it-trasport tal-massa għajr li dan il-proġett għadu jrid jitħabbar – proġett li Robert Abela nefaq il-miljuni sabiex saru xi studji fuqu, u li ilu jitkellem dwaru għal numru ta’ snin. Biex xorta baqa’ ma sar xejn b’mod konkret.
//= $special ?>

