Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, waqt intervista mas-CNN, qal li l-attakki li saru s’issa fuq l-Iran huma speċi ta’ preludju u meta ‘għad jonqos għall-akbar mewġa ta’ azzjonijiet fuq l-Istat fundamentalista’.
‘Għalissa għadkom ma rajtu xejn u fil-verità, l-Istati Uniti għadha ma bdietx tirranka l-kampanja militari (fuq l-Iran)’ enfasizza Trump.
Il-President Trump, fl-istess ħin, ftaħar li l-Iran mhux jiflaħ jirreżisti quddiem l-attakki attwali fuq iċ-ċentri għall-kontroll u l-faċilitajiet militari tiegħu. Hu kompla li l-Istati Uniti ‘għandha l-aqwa militar fid-dinja u beħsiebha tisfruttaha sal-massimu’.
Sadanittant, Trump u xi membri tal-Gvern tiegħu ma jidhrux li qed jikkoordinaw bl-eżatt dwar ċerti dettalji tal-konfront.
Meta mistoqsi kemm jaħseb li għandha ddum il-gwerra mal-Iran, il-President Amerikan tenna li ma jixtieqx li din tkompli daqstant fit-tul…Mill-banda l-oħra, li s-Segretarju Amerikan għad-Difiża, Pete Hegseth, spjega – b’ton aggressiv mal-ġurnalisti – li hu ma setax jiffissa ‘timeframe’ għall-konflitt.
U ftit tal-ħin ilu, Trump qal li l-istrateġiji għall-kampanja ta’ azzjonijiet fuq l-Iran irnexxew aktar milli kien maħsub inizjalment filwaqt li kkalkula li l-konflitt kapaċi jkun konkluż fi żmien xahar – mingħajr ma provda r-raġunijiet ċari.
//= $special ?>

