Lokali

Ħaddiem ta’ 34 sena jmut wara li ntlaqat minn forklifter

Raġel ta’ 34 sena residenti Ħal Qormi, tilef ħajtu meta ntlaqat b’forklifter li kien qed juża
f’maħżen, fil-limiti tan-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu (1000hrs), fi Triq Burmarrad.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
sabiex jassistu, iżda l-ħaddiem sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Franco Agius li fetaħ inkjesta, kif ukoll il-Police Support
Response team.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post taxXogħol għadhom għaddejjin.