Drone Iranjan ikkraxxja fil-bażi militari Ingliża ta’ Ċipru l-Ħadd. Dan ħabbru l-President Ċipriott Nikos Christodoulides.
Din l-aħbar wasslet wara li l-Ministeru tad-Difiża (MOD) irrappurtat l-attakk tad-Drone fil-bażi tal-RAF Brittaniċi madwar nofsil-lejl.
Ma kienux irrappurtati persuni feruti u fil-fatt il-bażi sostniet ħsara minima, iżda l-MOD stqarr li l-membri tal-familjari ta’ dawk li jaħdmu fil-bażi se jittieħdu f’akkomodazzjoni alternattiva bħala miżura preventiva.
“Il-forzi ta’ protezzjoni tagħna fir-reġjun huma fl-aqwa livell u l-bażi rritaljaw biex jiddefendu lin-nies tagħna”
Dan l-attakk seħħ wara li l-Prim Ministru Sir Keir Starmer ħabbar li l-Ingilterra wara talba mill-Istat Uniti qablet biex jintużaw il-bażi Ingliżi bħala difiża.
//= $special ?>

