Lokali Parlament

Il-gvern iressaq l-ewwel qari dwar emendi Kostituzzjonali għall-ħatra ta’ Prim Imħallef

Il-gvern llejla ressaq l-ewwel qari dwar emendi Kostituzzjonali għall-ħtra ta’ Prim Imħallef.

Dan l-ewwel qari tressaq wara li l-ġimgħa li għaddiet il-Kap tal-Oppożizzjoni ppropona mekkaniżmu biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi li l-Prim Ministru Robert Abela daħħal lill-pajjiż fiha meta baqa’ jimponi l-ismijiet tal-Imħallfin li jrid il-gven għall-kariga ta’ Prim Imħallef ġdid. B’reazzjoni għall-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela qal li kien se jressaq emenda għal mekkaniżmu li jiżblokka din is-sitwazzjoni.

Fis-seduta parlamentari tal-lejla, il-Whip tal-Gven Naomi Cachia qal li l-Prim Ministru kien ħabbar li llum se jressaq emendi kostituzzjonali wara l-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Hi qalet li l-Ministru tal-Ġustizzja kien għalhekk se jressaq l-ewwel qari ta’ din l-emenda Kostituzzjonali u qed titlob li dan l-ewwel qari jsir illum.

Il-Whip tal-Gvern Robert Cutajar qal li fl-ebda ħin l-gvern ma nforma lill-Oppożizzjoni bid-dettalji ta’ din l-emenda jew talab li ssir laqgħa dwarha. Minkejja dan u b’sens ta’ rieda tajba, l-Oppożizzjoni m’għandiex oġġezzjoni li l-emendi jitressqu.

Għalhekk il-Ministru tal-Ġustizzja Johantan Attard rassaq l-ewwel qari ta’ dawn l-emendi l-Kostituzzjonali.