Internazzjonali

Il-konflitt mal-Iran: Milquta faċilitajiet taż-żejt fil-Qatar u l-Arabja Sawdija

L-Iran, fil-preżent, qed jispara l-missili u d-drones b’mod kważi indiskriminattiv madwar ir-reġjun tal-Golf.

U l-aħħar rapporti referew għall-missili ‘ġodda’ li laqtu lill-Arabja Sawdija, b’raffinerija taż-żejt tieħu n-nar b’konsegwenza.

Dan waqt li d-drones tal-Iranjani laqtu anki faċilità għar-raffinerija taż-żejt fil-Qatar flimkien ma’ zona industrijali ta’ Bahrain.

Sadanittant, il-pajjiżi tal-Golf – fosthom il-Bahrain, l-Oman u l-Qatar – ħarġu stqarrija kollettiva fejn insistew biex l-Iran jieqaf mill-isparar tal-missili u d-drones lejn il-bażijiet tal-Amerikani fit-territorji tagħhom u madwar ir-reġjun.

U waqt li Ċipru, li tinsab viċin ferm tal-Libanu, għaddejja wkoll minn żmien ta’ inċertezza kbira, is-sistemi tad-difiża f’dik iz-zona, fl-aħħar sigħat, interċettaw żewġ drones li kienu diretti lejn bażi tar-Renju Unit fir-reġjun.