Hekk kif il-kunflitt tal-Istati Uniti u Iżrael fuq l-Iran daħlet fit-tielet ġurnata, l-attakki minn Iżrael u l-Istati Uniti fuq l-Iran qiegħdin jiżdiedu, filwaqt li Il-Hezbollah Iranjan irrapporta li tefgħu rockets u drones fuq Iżrael wara li inqatel Ayatollah Ali Khamanei
Fl-aħħar siegħat l-IDF, l-armata Iżraeljana wissa lir-residenti ta’ 50 villaġġ fil-Libanu biex jevakwaw, wara li l-attakki infirxu fuq il-Libanu.
Hemm traffic jams kbir fil-Libanu hekk kif in-nies qiegħdin jippruvaw jaħarbu. mbeżżgħin għall-aħħar.
Il-missili tal-Iran laqtu il-belt Iżraeljani ta’ Bejt Shemesh fejn inqattlu mill-inqas disa’ min-nies, li skond is-servizz tal-ambulanzi Izraeljani kien l-agħar attakk kemm ilu li beda dan il-kunflitt.
Intant il-prezz globali taż-żejt għola wara li l-bastiment kienu attakkati fil-medda ta’ Hormuz.




