Lokali

Iweġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta bejn karozza u mutur f’Santa Venera

Raġel ta’ 35 sena residenti l-Iklin, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tad-9:00 fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti San Ġwann u mutur misjuq mir-raġel.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.