Basketball Sport

Kampjonat BOV Irġiel: The Plaza Depiro isaħħu it-tielet post għall-play-offs

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Athleta AtoZ………73

Hibernians…………91

(16-30)(24-20)(22-21)(11-20)

Hibernians ħadu rebħa ta’ 91-73 kontra Athleta AtoZ f’konfront fejn wara bidu qawwi fl-ewwel taqsima komplew jikkontrollaw fis-sessjonijiet ta’ wara. Il-vantaġġ tagħhom laħaq sa’ 23 punt, frott effiċjenza ogħla fl-attakk b’1.09 punti kull pussess u produzzjoni kostanti qrib il-basket. Hibs kienu wkoll aktar konkreti fit-turnovers u sfruttaw aħjar it-tieni opportunita, filwaqt li Athleta sabu diffikultà biex iżommu ritmu konsistenti tul l-erba’ sessjonijiet. Athleta kienu mingħajr Robert Vitale filwaqt li għal Hibs kienu neqsin Matthew Gouder u Ivan Demcesen. Athleta għamlu l-ewwel punti tal-partita minn Marcus Duffy u Luca Borg u bejniethom kien hemm l-ewwel basket ta’ Hibs minn Ayo Ajiboye. Hibs komplew bl-ewwel run tal-partita hekk kif għamlu 13-il punt mingħajr rispost bejn Jackson u Ajiboye u trippla ta’ Stefan Simic. Athleta waqqfuhom bi trippla ta’ Luca Borg però Hibs komplew ikabbru l-vantaġġ permezz ta’ Elijah Simmons u seba’ punti bi trippla minn Ajiboye u fi tmiem l-ewwel sessjoni kienu diġa 30-16 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs bdew b’run ta’ 9-2 fejn kien hemm it-trippla ta’ Matthew Attard u baskets minn Simmons u Neil Cassar. Athleta kellhom mument tajjeb b’run ta’ 14-0 fejn l-Amerikan Orlando Little kellhu tmien punti konsekuttivi fosthom żewġ trippli. Id-distakk niżel għal disa’ punti però trippli minn Simic u Simmons reġgħu taw vantaġġ b’figuri doppji 50-40 lil Hibernians fi tmiem it-tieni perjodu.

Fit-tielet taqsima Athleta bdew tajjeb u naqqsu d-distakk għal 4 punti wara baskets minn Little u Bonnett. Trippla ta’ Borg ressqithom aktar viċin iżda Hibs kellhom il-punti ta’ Simmons u Simic biex marru 60-54 minn fuq. Hibs għalqu t-taqsima b’run ta’ 11-2 biex temmew it-taqsima 71-62. L-aħħar sessjoni bdiet bil-punti ta’ Hibs fosthom trippla minn Deonte Jackson bl-Athleta jkollhom ukoll trippla minn Juan Cefai. Hibs komplew jinqatgħu fuq quddiem b’run ta’ 15-2 b’żewġ trippli oħra ta’ Jackson flimkien ma’ Simmons u Ajiboye biex ħarġu rebbieħa 91-73.

Athleta AtoZ: K. Fabri 2, M. Duffy 7, S. Ebelashvili 9, I. Bonett 12, L. Borg 10, O. Little 30, J. Cefai 3, M. Farrugia.

Hibernians: N. Cassar 6, E. Simmons 21, A. Ajiboye 24, L. Attard, L. Farrugia, P. Stelmach, V. Kustudja, D. Jackson 20, M. Attard 3, T. Gjurovski, I. Demcesen, S. Simic 17.

Valletta Dream……………83

The Plaza Depiro………105

(19-22)(25-26)(15-34)(24-23)

The Plaza Depiro kisbu rebħa importanti ta’ 105-83 fuq Valletta Dream f’partita li fetħu beraħ fit-tielet sessjoni meta bnew vantaġġ deċiżiv. Depiro b’hekk komplew javvanzaw lejn il-play-offs filwaqt li Valletta huma matematikament eleminati. Id-differenza kienet evidenti fiż-żona fejn Depiro kisbu 48 punt bi percentwal ta’ 60%, kif ukoll fit-tieni opportunitajiet b’23 punt minn offensive rebounds. Il-fond akbar tat-tim kien kruċjali, b’56 punt ġejjin mill-bank, filwaqt li l-effiċjenza ogħla ta’ 1.24 punti kull pussess turi l-kontroll tagħhom tul il-logħba. Valletta żammew kuntatt fl-ewwel parti, iżda ma rnexxielhomx iwaqqfu r-ritmu offensiv ta’ Depiro wara l-mistrieħ. Valletta kellhom nieqes lil Albert Varcalli filwaqt li Depiro irkupraw lil Nikola Bozovic. Depiro għamlu l-ewwel seba’ punti tal-partita minn Luca Stefanovic u Trevon Reddish. Valletta ġew lura bi 8 punti ta’ Kieron Caruana u Francesco Mifsud Bonnici biex marru 8-7 minn fuq. Depiro irrispondew bi break ta’ 12-0 fejn Sean Galea għamel żewġ trippli u basket ta’ Reddish u reġgħu marru fuq quddiem. Valletta reġgħu irrispondew bi trippla ta’ Stefan Vincic u baskets ta’ Nehemiah Watson però kienu Depiro li temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 22-19. Fit-tieni perjodu, Valletta marru fuq quddiem 24-22 però Bozovic wieġeb għal Depiro b’5 punti konsekuttivi fosthom trippla. Valletta ġew lura bi trippli ta’ Caruana u kabbru l-vantaġġ għal 4 punti 33-29. Iż-żewġ timijiet tilfu player kull wieħed b’injury, Caruana għal Valletta u Galea għal Depiro. Basket ta’ Watson u trippla ta’ Vincic taw vantaġġ ta’ basket lil Valletta però kienu Depiro li għalqu t-taqsima fuq quddiem wara trippla ta’ Jean Paul Schembri u basket ta’ Reddish għal skor ta’ 48-44.

Fit-tielet sessjoni kien hemm bidu bilanċjat fejn il-punti bdew ġejjin b’mod regolari. Depiro rnexxielhom jagħqqdu run ta’ 9-0bi trippla ta’ Jean Paul Schembri u baskets ta’ Felix Uadiale u marru 67-51 minn fuq. Valletta waqqfuhom b’basket ta’ Watson u trippla ta’ Vincic qabel ma Depiro għamlu sitt punti oħra mingħajr risposta. Wara baskets minn Watson, kien hemm il-punti konsekuttivi minn Depiro għal skor ta’ 82-59 wara trippli minn Schembri u Bozovic. Fl-aħħar sessjoni, Depiro komplew b’aktar trippli minn Cornelius u Schembri qabel ma Valletta għamlu run ta’ 12-3 iżda kienu għadhom 18-il punt minn taħt 78-96. Depiro għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Julian Micallef u komplew sejrin biex rebħu l-partita 105-83.

Valletta Dream:  N. Watson 26, K. Caruana 11, S. Vincic 24, P. Marotta 2, F. Lisondra 8, F. Mifsud Bonnici 8, M. Rieger 4.

The Plaza Depiro: S. Galea 9, T. Reddish 28, J. Micallef 3, N. Zivkovic 3, L. Stefanovic 2, JP Schembri 18, C. Cornelius 8, F. Uadiale 18, M. Debattista 2, N. Bozovic 25.

Referees: Miguel Pablo De Flavia, Andre Attard, Jacques Seifert.

Starlites Revive…………………………109

Luxol Sherries Estates……………….90

(24-26)(22-18)(28-21)(35-25)

Starlites Revive kisbu rebħa konvinċenti ta’ 109-90 fuq Luxol Sherries Estates f’partita li darret definittivament favurihom wara l-mistrieħ. L-organizzazzjoni fl-attakk kienet evidenti b’26 assist, filwaqt li l-pressjoni difensiva wasslet għal 11-il steal li ħolqu ritmu għoli u transizzjoni effettiva. Starlites iddominaw ukoll fiż-żona b’60 punt u kellhom kontribuzzjoni importanti mill-bank bi 30 punt, fatt li żamm l-intensità għolja tul il-40 minuta. Luxol baqgħu fil-logħba fl-ewwel żewġ sessjonijiet, iżda sofrew f’runs konsistenti minn Starlites tul it-taqsimiet ta’ wara. Jayden Iturmendi għadu nieqes għal Starlites filwaqt li Luxol kienu bil-formazzjoni kompluta tagħhom. Il-partita fetħet bi trippla minn Jackson Threadgill għal Starlites peròLuxol wieġbu bi break ta’ 7-0 bil-punti minn Nathan Xuereb, Xavier Brewer u Darron Howard. Għal Starlites kien hemm trippla minn Matthew Scerri u fir-raba’ minuta għamlu l-iskor indaqs 9-9. Luxol komplew b’sitt punti oħra mingħajr risposta biex baqgħu fil-vantaġġ għalkemm Starlites reġgħu resqu viċin bil-punti ta’ Jallow u Miguel Fabri. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin u t-taqsima għalqet bi trippla fuq kull naħa minn Ian Felice Pace u Brewer għal skor ta’ 24-26. Starlites fetħu tajjeb fit-tieni sessjoni meta għamlu break ta’ 14-2 fosthom trippla ta’ Scerri u punti minn Travis Fee u Jallow u f’nofs is-sessjoni kienu 38-27 minn fuq. Luxol kellhom tlett baskets konsekuttivi minn Howard u naqqsu d-distakk għal 5 punti 38-33. Fee wieġeb għal Starlites però Luxol komplew jersqu viċin grazzi għal punti minn Brewer u Xuereb. Trippla ta’ Miguel Brincat għamlet l-iskor indaqs 44-44 però basket ta’ Scerri fl-aħħar sekonda għalaq is-sessjoni fuq skor ta’ 46-44.

Wara l-intervall, f’inqas minn minuta Starlites għamlu tlett baskets konsekuttivi. Starlites kellhom aktar punti minn Fee u I. Felice Pace qabel ma Brincat wieġeb bi trippla għal Luxol. Starlites kabbru l-vantaġġ b’punti minn Jallow, A. Felice Pace u Scerri bil-Luxol ikollhom risposta minn Howard għal skor ta’ 65-58. Minkejja li Luxol kellhom it-trippli minn Brincat u Xuereb, kienu Starlites li temmew it-taqsima fuq quddiem 74-65.Luxol fetħu l-aħħar taqsima b’żewġ trippli ta’ Xuereb u naqsu d-distakk għal seba’ punti. Ir-risposta ta’ Starlites kienet immedjata bi break ta’ 10-0 b’żewġ trippli ta’ Jallow għal skor ta’ 88-71. Luxol ippruvaw sforz ieħor u għamlu 8 punti mingħajr risposta però Starlites għamlu żewġ breaks ta’ 8-0 u 12-0 bit-trippli ta’ Threadgill u Jallow biex għalqu definittivament il-partita favur tagħhom u ħadu il-ħdax ir-rebħa tal-kampjonat fuq skor finali ta’ 109-90.

Starlites Revive: A. Felice Pace 15, K. Fabri, T. Fee 20, A. Aquilina, I. Felice Pace 5, M. Fabri 2, Z. Said Hollier, M. Scerri 13,  J. Threadgill 17, K. Xuereb 6, G. Camilleri 2. M. Jallow 29.

Luxol Sherries Estates: D. Howard 24,  A. Azzopardi 4, I. Azzopardi 2, N. Vasovic, N. Xuereb 17, J. Johnson 7, M. Brincat 12, M. Iloube, X. Brewer 20, S. Cappello 4, S. Marra, E. Fenech Pace.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Wendell Lim