Knisja Lokali

L-Arċisqof se jmexxi l-pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur fl-Isla

Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu, fis-6pm, l-Arċisqof se jmexxi pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur matul it-toroq tal-Isla u wara jiċċelebra quddiesa fil-Kolleġġjata Bażilika ta’ Marija Bambina.

Il-Pellegrinaġġ fl-Isla bl-istatwa tar-Redentur hu ħafna devot u għalih jattendu pellegrini minn Malta u Għawdex kollu.

Dan il-pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur isir ukoll fil-bidu tas-sajf, normalment f’Ġunju.