Fiċ-Ċirtwit ta’ Jarama fi Spanja tkompla l-Kampjonat tax-Xitwa tal-E 4 fejn għal Campos Racing, fl-azzjoni is-sewwieq Malti Jacob Micallef li fi tmiem il-ġimgħa rebaħ ukoll il-kategorija Żagħżugħ tas-sena fl-Għażliet Sportivi Nazzjonali.
Wara l-ewwel esperjenza ta’ ġimagħtejn ilu fiċ-ċirkwit ta’ Portimao fil-Portugall, fit-tieni gran prix f’Jarama l-ewwel punti fil-klassifika għal Jacob Micallef. Wara li fi Sprint Race, Micallef daħal fit-13-il post, fit-tieni tellieqa, Micallef temm fil-ħames post fil-klassifika li wassluh biex kiseb l-ewwel 10 punti li bihom qed jokkupa l-14-il post fil-klassifika ġenerali fost 31 sewwieq.
It-tieni tellieqa kienet dominata minn Noah Monteiro tal-Portugall għal Griffin Core segwit min Vivek Kanthan tal-Istati Uniti wkoll għal Griffin Core filwaqt li Andrej Petrovic tas-Serbija għal T-Code temm fit-tielet post. Id-distakk ta’ Jacob Micallef minn Monteiro kien ta’ 5.051 sekondi.
It-tellieqa li jmiss hija fiċ-Ċirkwit Motorland fi Spanja bejn it-13 u l-15 ta’ Marzu.
//= $special ?>

