Lokali

Luttu fost il-komunità Qormija – il-vittma hu missier ta’ żewġt itfal

Ir-raġel li miet traġikament dalgħodu f’Burmarrad hu missier ta’ żewġt itfal – każ li ħalla niket kbir fost il-komunità Qormija.

Il-vittma ġie identifikat bħala Robert Micallef, u ilu snin twal jaħdem f’dan ix-xogħol tal-merkanzija.

Il-maħżen fejn seħħ il-każ huwa ta’ kumpanija privata.

U l-mewt ta’ dan il-ħaddiem ħalliet niket kbir fost sħabu f’Ħal Qormi, fejn hu kien attiv ferm – kemm fil-festa u anke fl-għaqdiet volontarji.