:Torino 2 Lazio 0
B’gowl f’kull taqsima Torino kisbu t-tmien rebħa fil-Kampjonat fi Stadio Olimpico Grande Torino sabiex telgħu fl-14-il post bi 30 punt flimkien ma’ Cagliari. Lazio b’din it-telfa baqgħu fl-10 post b’34 punt.
Fil-21 minuta Torino fetħu l-iskor. Wara li Alessio Romagnoli mbokka fuq Duvan Zapata daħal għar-rebound GIOVANNI SIMEONE li għeleb lil Ivan Provedel. 1 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fit-53 minuta Torino rdoppjaw. Minn pass ta’ Rafael Obrador kien DUVAN ZAPATA li mill-ġdid għeleb Provedel. 2 – 0 skor li biħ intemmet il-partita.
Roma 3 Juventus 3
F’partita mill-isbaħ fi Stadio Olimpico u bi tmiem drammatiku li minn 3 – 1 għal Roma, Juventus għalqu 3 – 3 u ftit tan-nifs fil-klassifika wara s-serje ta’ riżultati negattivi.
Fid-39 minuta Roma fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Niccolo’ Pisilli kien WESLEY FRANCA li għeleb lil Mattia Perin bl-ewwel taqsima tintemm 1 – 0 għal Roma. Juventus fetħu t-tieni taqsima fuq l-offensiva fejn fit-48 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ CHICO CONCEICAO li minn azzjoni ta’ Bremer għeleb lil Mile Svilar.
Reazzjoni immedjata minn Roma li fl-54 minuta mill-ġdid fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Lorenzo Pellegrini u EVAN NDICKA b’xutt mill-ewwel għamel l-iskor 2 – 1. Fil-65 minuta l-iskor sar saħansitra 3 – 1 permezz ta’ DONYELL MALEN li minn azzjoni ta’ Manu Kone għeleb mill-ġdid lil Perin.
Fit-78 minuta kien JEREMIE BOGA li għeleb lil Svilar biex naqqas id-distakk għal 3 – 2 . Kibret il-pressjoni minn Juventus li fit-93 minuta wara freeekick ta’ Edon Zhegrova kien FEDERICO GATTI,,minuti wara li daħal bħala sostitut li għeleb lil Mile Svilar għat 3 – 3 finali.
//= $special ?>

