Is-Segretarju tad-Difiża tal-Istati Uniti ma eskludiex li jekk ikun hemm bżonn jibgħat it-truppi fit-toroq tal-Iran u ta x’jifhem li l-gwerra tista’ tibqa għaddejja mas-sitt ġimgħat.
Il-forzi Amerikani bdew jattakkaw lill-Iran, is-Sibt, flimkien mal-azzjoni militari mill-Izrael, li laqtu mijiet ta’ targets mifruxa mal-pajjiż kollu tal-Iran. Dawn l-attakki jinkludu missili fuq ir-Repubblika Iżlamika, in-navy u l-pustazzjonijiet ta’ kontroll militari.
Meta il-Kap tal-Pentagon, Pete Hegseth kien mistoqsi jekk diġa kienx hemm suldati Amerikani fit-toroq, matul konferenza tal-aħbarijiet: “Le, imma m’aħniex se nidħlu fil-mertu ta’ dak li se nagħmlu jew li m’aħniex se nagħmlu”.
//= $special ?>

