Sport

Sirens u Sliema jirbħu fil-Kampjonat tax-Xitwa

:

Sirens Build Fitness 14   Valletta Peak Insurance 10

Partita deċiza fl-ewwel sessjonijiet bir-reazzjoni minn Valletta tasal biss fl-aħħar sessjoni li rebħu 4 – 2 bir-riżultat ġia deċiż favur Sirens li kienu rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet 4 – 1 ; 4 – 2 u 4 – 3

Għal Sirens l-aħjar scorer kien Andreas Galea b’4 gowls. Matthew Mifsud skorja 3 gowls filwaqt li Jerome Zerafa Gregory, Mathias Ortoleva u Isiah Riolo b’żewġ gowls kull wieħed u gowl minn Gabriel Pace.

Għal Valletta l-aħjar scorer kien Max Zammit b’5 gowls filwaqt li maż-żewġ gowls minn Gerald Sammut skorjaw gowl kull wieħed Jacob Sciberras, Kieyan Borg u Matthew Chircop.

Referees : Luca Iacovalli u Stefan Licari.

Sliema TechFinity Hub  19     Neptunes Best Gyms   11

Rebħa netta għal Sliema li mmaturat fit-tieni u t-tielet sessjoni li Sliema rebħu bl-iskor identiku ta’ 6 – 2 ; 6 – 2 wara li l-ewwel sessjoni kienet intemmet 4 – 4 . L-aħħar sessjoni ntemmet 3 – 3 .

Għal Sliema kienet it-tielet rebħa minn daqstant partiti fejn qed jaqsmu l-ewwel post flimkien ma’ San Giljan filwaqt li għal Neptunes kienet l-ewwel telfa fil-kompetizzjoni.

L-aħjar scorer għal Sliema kien Liam Galea b’5 gowls filwaqt li Sam Engerer skorja 4 gowls. Benji Cachia u Dino Zammit skorjaw darbtejn kull wieħed filwaqt li Seb Busuttil, Elijah Schembri u Julian Chircop b’gowl kull wieħed.

Għal Neptunes Andreas Fava skorja 4 gowls u żewġ gowls kull wieħed minn Max Lanzon , Stevie Camilleri u Benji Lewis u gowl minn Mark Castillo.

Referees : Andrea Beretta u Massimo Angileri.