Lokali Turiżmu

27 edizzjoni tal-Malta Hotels Directory

Il-Malta Hotels Directory ilu jiġi stampat kull sena għal dawn l-aħħar 27 sena

L-edizzjoni tal-2026 tal-Malta Hotels Directory li għadha kif ġiet ippubblikata, hija s-27 edizzjoni ta’ din il-gwida annwali li ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fl-1999.

Id-direttorju huwa prodott minn Island Publications ibbażata l-Mosta f’isem l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, u huwa l-lista uffiċjali tal-akkomodazzjoni għall-gżejjer.

Huwa mqassam internazzjonalment mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u huwa disponibbli mill-uffiċċji tagħha barra minn Malta u mill-aġenti kollha tal-PR tagħha madwar id-dinja, u naturalment lokalment mill-uffiċċji ta’ informazzjoni tal-MTA.

Il-Malta Hotels Directory 2026 jista’ jitniżżel ukoll mis-sit tal-Awtorità.

Id-direttorju ta’ 144 paġna jelenka l-lukandi kollha liċenzjati, irħula turistiċi (fil-fatt hemm waħda biss), guest houses u hostels fil-gżejjer.

Id-direttorju kien l-ewwel pubblikazzjoni lokali li inkludiet il-kodiċijiet QR tal-lukandi; din is-sena dawn il-kodiċijiet jinkludu wkoll il-logo tal-lukanda fihom – innovazzjoni oħra.