Lokali Parlament

33 persuna li wara mewthom iddonaw ġisimhom għal skopijiet ta’ riċerka u studju

Kien hemm 33 persuna li wara mewthom iddonaw ġisimhom lid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta sabiex jintużaw għal skopijiet ta’ riċerka u studju fl-qasam tal-Anatomija.

Dan ikkonfermah fil-Parlament Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; jgħid kemm kien hemm katavri li ngħataw għall-istudji xjentifiċi matul l-2025 u sal-lum.