Lokali Parlament

33 riżenja minn full-time support workers mill-Aġenzija Sapport fl-2025

Ir-riżenji ta’ full-time support workers mill-Aġenzija Sapport f’dawn l-aħħar ħames snin, żdiedu minn 18 fl-2021 għal 33 is-sena li għaddiet.

Ir-riżenji mill-Aġenzijan Sapport ta’ part-time Support Workers kienu 12 fl-2021 u 14 fl-2025.

Dawn ir-riżenji kienu kkonfermati f’tabelli li ppreżentat Julia Farrugia, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat; fil-Parlament meta wieġbet mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.

Jirriżulta wkoll li kien hemm 18-il riżenja minn persuni li kienu ilhom mal-Aġenzija Sapport sa ħames snin, tmien riżenji minn min kien ilu mal-Aġezija bejn sitt snin u għaxra, u riżenja waħda minn persuna li kienet ilha bejn 16 u 20 sena mal-Aġenzija Sapport.