Lokali Parlament

40 rapport rigward inkonvenjenza ta’ storbju u storbju żejjed f’sitt lokalitajiet

Jirirriżulta li saru b’kollox 40 rapport rigward inkonvenjenza ta’ storbju u storbju żejjed
fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt l-għases tar-Rabat, Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Mosta, Ħaż-Żebbuġ u
l-Imtarfa matul is-sena li għaddiet. Għalkemm ittieħdu proċeduri dwar 11-il rspport, ħadd ma nstab li kkawża inkonvenjent.

Jirriżulta wkoll li fl-2024 saru 36 rappport fl-għases imsemmija u ħadd ma nstab ħati li kkawża xi inkonvenjent.

Id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg staqsiet lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; jipprovdi statistika rigward inkonvenjenza ta’ storbju u storbju żejjed fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt l-għases tar-Rabat, Ħ’Attard, Ħal Balzan, il-Mosta, Ħaż-Żebbuġ u l-Imtarfa għal dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena, b’mod speċifiku għal kull waħda minn dawn il-lokalitajiet, u jgħid ukoll kemm saru ilmenti u/jew rapporti lill-Pulizija; kemm minn dawn l-ilmenti rriżultaw fi kwereli mressqa formalment; kemm kien in-numru ta’ prosekuzzjonijiet fejn persuni tressqu l-Qorti dwar tali nkonvenjenzi; u kemm kienu l-każijiet fejn persuni nstabu ħatja li kkawżaw inkonvenjent ta’ storbju żejjed.

It-tweġiba ngħatat fil-Parlament minn Byron Camilleri, Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.

Mill-informazzjoni jirriżulta li f’dawn l-aħħar ħames snin ir-rapporti dwar storbju f’dawn il-lokalitjit żdied minn 20 fl-2021 għal 40 rapport is-sena li għaddiet.